Bil-Filmat: Il-banda ta’ San Pawl il-Baħar iġib il-briju tas-sajf f’Buġibba u l-Qawra

Il-ħoss tal-festa Maltija u l-mużika tal-banda laħqu kullimkien dan is-sajf f’Buġibba u l-Qawra. Matul il-ġimgħat li għaddew, is-Soċjetà Mużikali San Pawl ta’ San Pawl il-Baħar organizzat għaxar servizzi mużikali li qanqlu l-interess kemm tal-Maltin kif ukoll tat-turisti. Ħafna mill-viżitaturi, li kienu mixjin fit-toroq jew jistrieħu fil-lukandi, ma felħux jirreżistu u waqfu biex igawdu l-briju tal-marċi…