Homo Melitensis inawgurat fil-MUŻA bħala parti mill-inizjattiva RETOLD
Il-wirja Homo Melitensis: An Incomplete Inventory in 19 Chapters, li fl-2017 irrappreżentat lil Malta għall-ewwel darba fil-Biennale ta’ Venezja, issa reġgħet lura lejn pajjiżna u qed tintrama fil-MUŻA, il-Belt Valletta. Din qed issir taħt l-inizjattiva RETOLD tal-Kunsill Malti għall-Arti, programm li jixħet dawl fuq proġetti kulturali Maltin li kisbu suċċess internazzjonali. Matul l-inawgurazzjoni, iċ-Chairman Eżekuttiv…
