Investiment f’erba’ proġetti li jsaħħu l-innovazzjoni fl-Intelliġenza Artifiċjali u t-Teknoloġiji Diġitali

Is-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni organizza t-tielet minn sitt avvenimenti tematiċi li se jsiru matul din is-sena b’kollaborazzjoni ma’ Xjenza Malta. Wara żewġ diskussjonijiet li ntlaqgħu tajjeb, din id-darba l-avveniment iffoka fuq l-Intelliġenza Artifiċjali u t-Teknoloġiji Diġitali, żewġ oqsma li qed imexxu bidla importanti fid-dinja tal-lum. Din is-sensiela ta’ laqgħat se tkompli fix-xhur li…

Proprjetà pubblika mogħtija b’titolu ta’ kera lill-Breeds of Origin Conservancy sabiex tintuża bħala sit nazzjonali għar-riċerka, ir-riġenerazzjoni u l-konservazzjoni

Proprjetà pubblika f’Delimara ngħatat b’titolu ta’ kera lill-għaqda Breeds of Origin Conservancy sabiex tintuża bħala sit nazzjonali għar-riċerka, ir-riġenerazzjoni u l-konservazzjoni tal-bhejjem indiġeni u l-wirt kulturali marbut magħhom. Din il-proprjetà, li tinsab fi Triq Delimara, Marsaxlokk, ġiet trasferita mill-Awtorità tal-Artijiet għal perjodu ta’ 15-il sena. Il-proġett għandu l-għan li jgħaqqad ix-xjenza mal-kultura permezz tar-riċerka u…

Opportunità Għal Dawk Li Jirriċerkaw Fuq Il-Kon-Katidral Ta’ San Ġwann

Ara x’għandek tagħmel   Il-Fondazzjoni tal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann għadha kif nediet skema ta’ għajnuna għal studenti u oħrajn li huma interessati fir-riċekra f’aspetti/suġġett relatat direttament mal-Kon-Katidral. L-għan huwa li titqajjem aktar kuxjenza u għarfien fuq il-knisja konventwali tas-seklu 16 mibnija mill-Ordni kif ukoll li dan it-tempju maestuż, jitqies bħala ċentru ta’ riċerka għall-istudenti tal-istudju…