Imniedi l-pjan tal-akbar riġenerazzjoni għall-Port il-Kbir

Il-Prim Ministru Robert Abela ppreżenta l-pjan tal-akbar riġenerazzjoni li qatt saret għall-Port il-Kbir, li issa se jkun miftuħ għal konsultazzjoni pubblika. Wara din il-fażi, il-Korporazzjoni għar-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir (GHRC) se tibda l-proċess ta’ ħidma mas-settur privat biex il-proġett jitwettaq. Waqt it-tnedija uffiċjali tal-konsultazzjoni, Dr Abela saħaq li dan hu proġett ambizzjuż u ta’ skala kbira…

Il-Pjazza tal-Imtarfa irriġenerata bi proġett mill-isbaħ

Mijiet ta’ familji attendew l-attività “Iż-Żunżana Ddur Iddur fil-Pjazza tal-Imtarfa”, li saret biex tiġi ċċelebrata l-inawgurazzjoni uffiċjali tar-riġenerazzjoni tal-Pjazza tal-Imtarfa — proġett li sar b’investiment ta’ €1.5 miljun. Matul din l-attività, il-pubbliku seta’ jgawdi minn atmosfera ferriħija mimlija logħob tradizzjonali Malti, mużika tal-banda u ikel tipiku Malti. Is-Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi Omar Farrugia esprima s-sodisfazzjon…