Enfasi fuq il-kultura u d-djalogu waqt żjara lill-Ispeaker Farrugia
L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati, Anġlu Farrugia, irċieva żjara ta’ kortesija mid-Direttur Alex Farrugia flimkien ma’ Karen Mamo, manager fi ħdan id-Direttorat tal-Kultura. Matul din il-laqgħa, l-Ispeaker ġie ppreżentat b’pubblikazzjoni li tiġbor fil-qosor l-attivitajiet li saru matul l-ewwel sentejn tal-Malta Festival of Ideas, inizjattiva li għandha l-għan li tħeġġeġ id-djalogu u l-ħsieb dwar diversi temi kulturali u…
