Suċċess kbir għall-Valletta Baroque Festival 2026

Il-Valletta Baroque Festival, imtella’ minn Festivals Malta, għalaq il-25 ta’ Jannar b’riżultat eċċellenti, wara li attira rekord ta’ madwar 6,500 spettatur minn Malta u minn pajjiżi oħra. Minn meta fetaħ fit-8 ta’ Jannar, il-festival offra 32 kunċert li kienu apprezzati ħafna mill-pubbliku, u saħħaħ aktar ir-reputazzjoni tiegħu bħala wieħed mill-aktar avvenimenti prestiġjużi fil-kalendarju kulturali Ewropew…

Il-Valletta Baroque Festival jirritorna f’Jannar li ġej għall-14-il edizzjoni

Festivals Malta nieda l-14-il edizzjoni tal-Valletta Baroque Festival, li se ssir bejn it-8 u l-25 ta’ Jannar 2026. Il-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali, Dr Owen Bonnici, ħabbar id-dettalji tal-festival waqt konferenza tal-aħbarijiet fis-Sala dei Cavalieri fil-Malta Society of Arts. Huwa rrimarka li dan il-festival jibqa’ prova ċara ta’ kemm il-wirt kulturali Malti kapaċi jibqa’…