Jinsab għaddej b’ritmu tajjeb il-proġett ta’ restawr fuq il-mitħna storika ta’ San Ġwann t’Għuxa f’Bormla.

Il-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali Owen Bonnici flimkien mas-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli żaru dan il-proġett li qed jitmexxa mid-Diviżjoni tar-Restawr u l-Preservazzjoni. Ix-xogħol beda f’Mejju ta’ din is-sena u mistenni jitlesta fil-bidu tal-2026. L-għan ewlieni hu li din il-mitħna, mibnija fl-1674 minn Nicolas u Rafael Cotoner, terġa’ tingħata l-għożża u l-ħajja…

“Malta u Għawdex Huma Żewġ Gżejjer Li Huma Covid Safe” – Il-Prim Ministru

Aktar kmieni llum smajna intervista mill-Prim Ministru Robert Abela fejn wera pożittività li żgur għenet ħafna fil-moral tal-poplu Malti u Għawdxi. Għalkemm għadu ma spiċċax kollox, żgur li rridu nammettu li pajjiżna kellu suċċess fil-ġlieda kontra l-Covid-19. Dan wera serjetà kbira mill-Awtoritajiet tas-saħħa flimkien mal-Gvern li ħadmu id f’id biex ir-riperkussjonijiet fuq kulħadd, ikunu l-inqas…