Jum il-Ħelsien: Malta tieħu lura d-destin tagħha

Il-31 ta’ Marzu 1979 jibqa’ mnaqqax fil-memorja kollettiva tal-Maltin bħala jum ta’ bidla storika: Jum il-Ħelsien. F’din id-data, Malta rat it-tluq tal-aħħar forzi militari Ingliżi mill-gżejjer tagħha, u b’hekk ingħalaq kapitlu twil ta’ preżenza militari barranija li kien ilu sekli. Dan il-mument ma kienx biss simboliku, iżda wkoll pass kruċjali lejn indipendenza sħiħa u sovranità…

Il-Ministru Tal-Kultura Owen Bonnici Jfakkar Diskors Ta’ Jum Il-Ħelsien

“Aħna miġburin hawn illejla biex nifirħu flimkien u niċċelebraw it-tmiem tal-bażi militari Ingliża. Miġburin hawn illejla biex fuq kollox naħilfu li qatt iżjed ma jkun hawn bażi militari barranija f’artna u li Malta tibqa’ għal dejjem Repubblika ħielsa mmexxija mill-Maltin għall-Maltin.” Il-Ministru għal-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali li għadu kemm inħatar f’din il-pożizzjoni, Owen…