Il-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Ewropa 2025 imfakkra f’ktieb ta’ ritratti

Ktieb ġdid ta’ ritratti qed ifakkar il-mumenti ewlenin tal-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Ewropa tal-2025. Il-pubblikazzjoni, bit-titlu Il-Presidenza ta’ Malta, inħarġet mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu permezz tar-Rappreżentanza Permanenti ta’ Malta għall-Kunsill tal-Ewropa. It-tnedija tal-ktieb saret din il-ġimgħa f’Dar il-Mediterran, il-Belt Valletta, mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu Ian Borg. Għaliha attendew uffiċjali minn…

Il-Kummissarju Għoli Malti f’Żjara Uffiċjali fin-Namibja

L-Eċċellenza Tiegħu Clifford Galea Vella, Kummissarju Għoli ta’ Malta għan-Namibja, jinsab fin-Namibja għal diversi laqgħat bil-għan li jkomplu jissaħħu r-relazzjonijiet diplomatiċi bejn iż-zewġ pajjiżi. Galea Vella ltaqa’ man-Namibian Investment Promotion & Development Board (NIPDB) sabiex ikunu esplorati toroq ġodda ta’ kooperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi. Matul il-laqgħa ġew identifikati diversi oqsma b’potenzjal għoli ta’ kollaborazzjoni, b’mod…

Ir-Relazzjonijiet bejn Malta u n-Namibja jmorru lura għal qabel id-disgħinijiet

Malta dejjem kienet minn ta’ quddiem biex isaħħaħ ir-relazzjonijiet tagħha ma’ pajjiżi barranin. Fil-każ tan-Namibja, il-Professur Guido de Marco kien strumentali ħafna fis-sapport tal-Indipendenza għan-Namibja. Il-President Emeritus ta’ pajjiżna dak iż-żmien kien il-President tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti. Min-naħa l-oħra, il-Prim Ministru Dom Mintoff ġab flimkien in-naħa taż-Żimbabwe biex jippreżentaw front komuni. Mintoff u De Marco…