Tradizzjoni li tibqa’ tattira: Eluf jattendu għall-Imnarja 2026
Eluf ta’ persuni attendew għall-attivitajiet tal-Imnarja 2026 fil-Buskett, f’ċelebrazzjoni li għal darb’oħra għaqqdet lill-familji Maltin u Għawdxin madwar il-wirt agrikolu u kulturali ta’ pajjiżna. Matul diversi jiem, il-pubbliku seta’ jgawdi minn programm mimli attivitajiet li kien jinkludi wirjiet ta’ annimali, esebizzjonijiet ta’ makkinarju agrikolu, vetrini ta’ frott u ħxejjex, kompetizzjonijiet agrikoli, kif ukoll il-parata tradizzjonali…

