Kors ġdid biex isaħħaħ l-integrazzjoni tal-ħaddiema barranin – Il-Kultura u l-Lingwa Maltija
Ġie introdott kors ġdid immirat lejn ħaddiema minn pajjiżi terzi li diġà jinsabu jaħdmu f’Malta, bil-għan li jsaħħaħ l-għarfien tagħhom tal-kultura u tal-lingwa Maltija. Is-sillabu tal-kors tħejja mill-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol u jista’ jiġi offrut minn istituzzjonijiet edukattivi Maltin li huma liċenzjati. Il-parteċipazzjoni f’dan il-kors hija obbligatorja u tinkludi wkoll eżami finali. L-applikazzjonijiet se…


