Daniel Azzopardi maħtur fil-Bord tan-Netwerk Ewropew taċ-Ċentri Kulturali
Il-Kunsill Malti għall-Arti kompla jsaħħaħ ir-rabtiet kulturali tiegħu fuq livell Ewropew wara li Daniel Azzopardi, Direttur tal-Istrateġija fi ħdan il-Kunsill, ġie elett fil-Bord tan-Netwerk Ewropew taċ-Ċentri Kulturali (ENCC) waqt l-Assemblea Ġenerali li saret f’Lisbona. Din il-ħatra tkompli tibni fuq is-sħubija tal-Kunsill fin-netwerk Ewropew li jiġbor fih aktar minn 200 organizzazzjoni soċjokulturali minn diversi pajjiżi Ewropej.…

