Ir-reżiljenza, id-diversifikazzjoni u d-diplomazija fil-qalba tas-sigurtà ekonomika ta’ Malta

Fid-dawl tal-isfidi ġeopolitiċi li qed jolqtu s-swieq internazzjonali, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu, Ian Borg, saħaq li Malta trid tibni ekonomija aktar b’saħħitha u flessibbli permezz tar-reżiljenza, id-diversifikazzjoni u d-diplomazija. Waqt li kien qed jindirizza l-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Kamra tal-Kummerċ fil-Belt Valletta, huwa spjega kif kunflitti internazzjonali u kompetizzjoni fuq riżorsi…

Malta tkompli ssaħħaħ ir-rwol tagħha fid-dinja u fil-Mediterran

Waqt il-laqgħa annwali mal-Ambaxxaturi ta’ Malta barra minn xtutna, il-Prim Ministru Robert Abela enfasizza l-importanza ta’ dan l-appuntament biex tiġi mfassla u evalwata l-aġenda diplomatika tal-pajjiż għas-sena li ġejja. Huwa spjega li s-sena li għaddiet għalqet fażi sinifikanti għall-politika barranija ta’ Malta, peress li kienet immarkata minn impenji ta’ livell għoli fi ħdan fora internazzjonali…

Il-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Ewropa 2025 imfakkra f’ktieb ta’ ritratti

Ktieb ġdid ta’ ritratti qed ifakkar il-mumenti ewlenin tal-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Ewropa tal-2025. Il-pubblikazzjoni, bit-titlu Il-Presidenza ta’ Malta, inħarġet mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu permezz tar-Rappreżentanza Permanenti ta’ Malta għall-Kunsill tal-Ewropa. It-tnedija tal-ktieb saret din il-ġimgħa f’Dar il-Mediterran, il-Belt Valletta, mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu Ian Borg. Għaliha attendew uffiċjali minn…

Ir-Relazzjonijiet bejn Malta u n-Namibja jmorru lura għal qabel id-disgħinijiet

Malta dejjem kienet minn ta’ quddiem biex isaħħaħ ir-relazzjonijiet tagħha ma’ pajjiżi barranin. Fil-każ tan-Namibja, il-Professur Guido de Marco kien strumentali ħafna fis-sapport tal-Indipendenza għan-Namibja. Il-President Emeritus ta’ pajjiżna dak iż-żmien kien il-President tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti. Min-naħa l-oħra, il-Prim Ministru Dom Mintoff ġab flimkien in-naħa taż-Żimbabwe biex jippreżentaw front komuni. Mintoff u De Marco…