“Wasal iż-żmien li niktbu d-destin ta’ pajjiżna u ngħixuh fl-aqwa tiegħu” – Il-Prim Ministru Robert Abela

Il-Prim Ministru Robert Abela nieda uffiċjalment il-Viżjoni Malta 2050 waqt attività f’Pjazza Tritoni, u sejħilha wegħda kollettiva ta’ poplu sħiħ li jrid jilħaq l-aqwa potenzjal tiegħu. Din il-viżjoni fit-tul, li ġiet iffurmata wara konsultazzjoni wiesgħa u studji kemm lokali kif ukoll internazzjonali, tħares lejn l-24 sena li ġejjin u timmira li tibdel l-isfidi tal-futur f’opportunitajiet…

Il-Kummissarju Għoli Malti f’Żjara Uffiċjali fin-Namibja

L-Eċċellenza Tiegħu Clifford Galea Vella, Kummissarju Għoli ta’ Malta għan-Namibja, jinsab fin-Namibja għal diversi laqgħat bil-għan li jkomplu jissaħħu r-relazzjonijiet diplomatiċi bejn iż-zewġ pajjiżi. Galea Vella ltaqa’ man-Namibian Investment Promotion & Development Board (NIPDB) sabiex ikunu esplorati toroq ġodda ta’ kooperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi. Matul il-laqgħa ġew identifikati diversi oqsma b’potenzjal għoli ta’ kollaborazzjoni, b’mod…

Jiftaħ Mill-Ġdid L-Ajruport Internazzjonali Ta’ Malta Wara 3 Xhur…

Illum huwa jum li tista’ ssejjaħlu storiku għal pajjiżna fejn reġa’ fetaħ l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta biex jilqa’ l-ewwel turisti li se jżuruna. Dan wara 3 xhur magħluq minħabba l-pandemija tal-Covid-19 li laqtet id-dinja kollha. Żgur li kien żmien diffiċli u li mhux se ninsewh qatt. Pajjiżna ħadem b’għaqal kbir biex inaqqas it-tixrid tal-Covid-19 fostna…