Il-Fondazzjoni Kottonera toffri trasport b’xejn għall-ħarġiet tal-iskejjel primarji tal-Kottonera
Il-Fondazzjoni Kottonera se tkun qed tkopri l-ispejjeż tat-trasport għall-ħarġiet edukattivi tat-tfal tal-iskejjel primarji pubbliċi tal-Kottonera. Dan tħabbar mis-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, Alison Zerafa Civelli, flimkien maċ-Chairperson tal-Fondazzjoni Kottonera, Joe Mizzi, fil-preżenza tal-kapijiet tal-iskejjel, il-prinċipal tal-kulleġġ, is-sindki u l-kunsilliera responsabbli mill-edukazzjoni tal-lokalitajiet rispettivi. Is-Segretarju Parlamentari Alison Zerafa Civelli faħħret din l-inizjattiva li se ttaffi l-piż finanzjarju…

