Fuq It-Tema tal-Gwerra Dinjija Araw X’kienu L-Victory Kitchens… Jekk Tisraq Il-Ħobż Kont Tmur 4 Xhur Ħabs
F’dik li tissejjaħ Storja Orali jiġifieri storja rrakontata min-nies li għexuha huma stess, Joseph Caruana lill-persuna li ntervistatu qallha hekk : “Niftakar li ż-żejt kien bir-razzjon u n-nies ma kellhomx biex isajru mingħajru. Barra minn hekk kien hemm ftit ikel x’jinbiegħ. Allura l-Victory Kitchens bdew u n-nies kienu jingħataw kupun; wieħed għal kull membru tal-familja…