Kunċert ta’ Mużika Sagra biex ifakkar 200 sena mill-inawgurazzjoni tal-vara l-kbira tal-Kurċifiss
Il-Kummissjoni Ġimgħa l-Kbira tal-Parroċċa ta’ Ħaż-Żebbuġ se ttella’ attività speċjali biex tfakkar anniversarju importanti marbut mad-devozzjoni lejn il-Kurċifiss. Fil-fatt, is-Sibt 14 ta’ Marzu 2026 se jittella’ Kunċert ta’ Mużika Sagra li jfakkar 200 sena mill-inawgurazzjoni tal-vara l-kbira tal-Kurċifiss. Din l-attività se ssir fil-Knisja Arċipretali ta’ Ħaż-Żebbuġ u tibda fis-7.30pm. Il-programm tal-lejla se jinkludi qari ta’…

