Tinġabar is-somma fenomenali ta’ €5,760,295 fl-Istrina

Ġmiel ta’ somma nġabret mill-poplu Malti u Għawdxi fl-Istrina; festa ta’ ġenerożità bl-islogan popolari jibqa’ dejjem L-Istrina, l-għada tal-Milied 🎄Flimkien b’solidarjetà. Ma hemmx iżjed kummenti xi żżid ħlief li min jixtieq ikompli jċempel, jista’ jagħmel dan fuq dawn in-numri t’hawn taħt: 51902030 – €50 51802012 – €25 21262626 – PLEDGES 50619201 – €11.65 79359565 –…

Waslet l-Istrina 2025

Fil-Kumpless Sportiv ta’ Ħal Kirkop għaddejjin l-aħħar tħejjijiet għall-edizzjoni tal-2025 ta’ L-Istrina, il-maratona nazzjonali li tittella’ l-għada tal-Milied b’risq il-Malta Community Chest Fund, sabiex tkompli tgħin lil dawk li l-aktar għandhom bżonn. It-Tlieta filgħodu, il-President ta’ Malta, l-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono, żaret il-post fejn segwiet mill-qrib ix-xogħol li għaddej u ltaqgħet mal-ħaddiema tal-Uffiċċju tal-President,…

Bil-Filmat: Il-President issegwi l-istampar tal-edizzjoni ta’ din is-sena ta’ “Tisjir mill-Qalb”

Il-President ta’ Malta, E.T. Myriam Spiteri Debono, żaret l-istamperija Best Print Ltd., fejn segwiet l-aħħar fażi tal-istampar tal-ktieb “Tisjir mill-Qalb”, li bħas-snin ta’ qabel jinbiegħ b’risq il-Malta Community Chest Fund (MCCF). Akkumpanjata mis-sid tal-kumpanija Mario Abela, il-President iltaqgħet mal-ħaddiema li ilhom għal ġimgħat jaħdmu fuq il-pubblikazzjoni. Għal din iż-żjara kienet ukoll preżenti Sina Bugeja, Chairperson…

Il-Mixja tal-President b’risq Il-Malta Community Chest Fund se ssir fit-30 ta’ Novembru

L-attività nazzjonali “Il-Mixja tal-President” b’risq il-Malta Community Chest Fund se ssir il-Ħadd, 30 ta’ Novembru 2025, bħala ġest ta’ solidarjetà u għaqda favur dawk fil-bżonn. Il-parteċipanti se jibdew il-mixja tagħhom fid-9:15am, jew mill-Palazz ta’ Sant’Anton f’Ħ’Attard jew mill-Pjazza ta’ Raħal Ġdid, u minn hemm ilkoll flimkien jiltaqgħu Blata l-Bajda biex ikomplu lejn il-Palazz tal-Gran Mastru…