It-8 ta’ Settembru fil-Palazz tal-Gran Mastru

Il-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali Dr Owen Bonnici fetaħ wirja ġdida fil-Palazz tal-Gran Mastru, il-Belt Valletta, b’dedika speċjali għal Jum il-Vitorja. Il-wirja tibqa’ miftuħa sal-14 ta’ Settembru u hija akkumpanjata minn katalgu u pubblikazzjoni ġdida. Bit-titlu “It-8 ta’ Settembru: L-Ewwel Jum Nazzjonali”, il-wirja tfakkar tliet avvenimenti li għamlu storja f’pajjiżna: it-tmiem tal-Assedju l-Kbir fl-1565,…

Nisperaw li jinqabdu u l-oġġetti misruqa jinstabu – “Ma tistħux intom min intom li sraqtuhom?”

Ilbieraħ ħarġet l-aħbar li l-pulizija qed tinvestiga l-għajbien ta’ tliet vażuni u arloġġ b’valur ta’ madwar tlettax-il elf ewro. Żgur ma sparixxewx waħedhom. Min hu, min hi jew min huma, li wettqu dan l-att godard, imisshom jistħu. Verament imisshom jistħu! L-istqarrija minn Heritage Malta tgħid li uffiċjali tagħha nnotaw xi oġġetti nieqsa minn kmarar fil-Palazz…