Iż-Żgħażagħ Ġawhrin Ta’ San Pawl Il-Baħar Jiċċelebraw 15-Il Sena Mit-Twaqqif Anke Waqt Covid-19

Din is-sena żgur li d-dilettanti tal-festi se jħossuhom xi ftit jew wisq strambi; Bla festi minħabba l-pandemija tal-Covid-19. Imma jidher li l-għaqdiet diversi fil-lokalitajiet, sew jekk tal-baned, armar u oħrajn b’relazzjoni mal-festi tradizzjonali tagħna, qed jagħmlu ħilithom biex iżommu ruħhom attivi kif ukoll il-moral għoli ta’ bosta żgħażagħ li minn sena għall-oħra jistennew dan iż-żmien…