Tinsewx il-Cospicua Short Play Festival – Ikompli Llejla

“Minħabba l-maltemp previst, id-drammi qosra se jsiru ġewwa l-American University of Malta u ġewwa l-Każin tal-Banda San Ġorġ, Bormla.” Dan saħqitu s-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli fuq il-paġna tal-midja soċjali tagħha. Ilbieraħ ittellgħet l-ewwel serata li kienet ta’ suċċess. Dan il-proġett qed isir grazzi għall-appoġġ finanzjarju tad-Diviżjoni tal-Gvern Lokali. Is-Segretarju Parlamentari Alison Zerafa…

Il-Festival tal-Films Ewropej tal-EUNIC jiċċelebra l-ħames edizzjoni tiegħu f’Malta

Il-Belt Valletta se tkun il-qalba ta’ ċelebrazzjoni ċinematografika Ewropea hekk kif, bejn it-23 u l-28 ta’ Settembru 2025, jiġi organizzata l-ħames edizzjoni tal-Festival tal-Films Ewropej tal-EUNIC. Dan il-festival annwali, imtella’ mill-Cluster ta’ Malta tal-EUNIC — li jiġbor fih l-Istituti Nazzjonali tal-Unjoni Ewropea għall-Kultura — ilu jippreżenta l-film bħala mezz ta’ djalogu u għodda li taqbeż…

Kieku Għal-lum Kienet Issuġġeritha L-Purċissjoni Tal-Ġimgħa L-Kbira…

Meta fil-bidu li faqqgħet il-pandemija tal-Covid-19 f’pajjiżna, tħassru l-purċissjonijiet tal-Ġimgħa Mqaddsa, kien hemm min kien issuġerixxa li dawn isiru f’Settembru propju fil-jum tal-Eżaltazzjoni tas-Salib. Dan minħabba li għal-lum kien hemm ippjanat li ssir purċissjoni bil-Kurċifiss mirakoluż ta’ Ġieżu tal-Belt Valletta fil-festa li aċċennajna għaliha; l-eżaltazzjoni tas-Salib. Madanakollu, it-temp xejn ma kien iħalli l-purċissjonijiet isiru għaliex…