Ir-Randan u l-purċissjonijiet fih, Il-Ġimgħa l-Kbira u l-Għid f’Malta – Għaliex għandna nieħdu ħsiebhom?

Nhar l-Erbgħa li għaddew 5 ta’ Marzu 2025 kien Ras ir-Randan li jagħti bidu għal 40 jum ta’ sagrifiċċji f’forom diversi, bi preparazzjoni għall-passjoni u l-mewt ta’ Sidna Ġesù Kristu u l-akbar festa tal-Knisja Kattolika, l-Għid il-Kbir. Żmien li huwa mwaħħad ma’ bosta avvenimenti anke dawk teatrali, purċissjonijiet u ċelebrazzjonijiet li jmorru lura sew fis-snin…