Xelter tal-gwerra mikri lill-Kunsill Lokali taż-Żurrieq
Xelter storiku tal-gwerra, li sa issa kien taħt ir-responsabbiltà tal-Awtorità tal-Artijiet, ġie mgħoddi lill-Kunsill Lokali taż-Żurrieq b’titolu ta’ kera għal perjodu ta’ ħames snin. Il-proprjetà tinsab fin-numru 1, Triq il-Kbira, iż-Żurrieq u tkopri madwar 57 metru kwadru. Permezz ta’ dan il-pass, il-Kunsill Lokali se jkun jista’ jieħu ħsieb il-manutenzjoni u l-konservazzjoni ta’ dan ix-xelter, li…

