Jibdew ix-xogħlijiet fuq ġnien ġdid fil-Mellieħa li se jservi madwar 3,000 resident

Bdew ix-xogħlijiet fuq ġnien ġdid fi Triq il-Għasel fil-Mellieħa, fuq medda ta’ art ta’ madwar 2,000 metru kwadru f’żona residenzjali, b’għan li jinħoloq spazju miftuħ ta’ kwalità għall-komunità. Matul żjara fuq il-post, il-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika Miriam Dalli flimkien mal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa ħabbru dan il-proġett, li mistenni jtejjeb il-kwalità tal-ħajja tar-residenti tal-inħawi. Bħalissa…

“Wasal iż-żmien li niktbu d-destin ta’ pajjiżna u ngħixuh fl-aqwa tiegħu” – Il-Prim Ministru Robert Abela

Il-Prim Ministru Robert Abela nieda uffiċjalment il-Viżjoni Malta 2050 waqt attività f’Pjazza Tritoni, u sejħilha wegħda kollettiva ta’ poplu sħiħ li jrid jilħaq l-aqwa potenzjal tiegħu. Din il-viżjoni fit-tul, li ġiet iffurmata wara konsultazzjoni wiesgħa u studji kemm lokali kif ukoll internazzjonali, tħares lejn l-24 sena li ġejjin u timmira li tibdel l-isfidi tal-futur f’opportunitajiet…

Laqgħa speċjali mal-anzjani dwar White Rocks

Numru ta’ anzjani ħadu sehem f’laqgħa ta’ konsultazzjoni pubblika dwar il-ħolqien ta’ parks nazzjonali f’pajjiżna, b’enfasi partikolari fuq iż-żona tal-White Rocks. Il-laqgħa, immexxija mill-Ministru għall-Ambjent Miriam Dalli flimkien mat-tim ta’ Project Green, tifforma parti minn sensiela ta’ laqgħat organizzati taħt it-tema ‘Shape your Space’. Dawn il-laqgħat qed isiru bħala parti mill-proċess ta’ konsultazzjoni dwar il-parks…

Bil-Malti Pur – Politika, Ambjent, Soċjetà: Ħadd Mhu Se Jeħlisha Ħafif

Il-Valletta Cultural Agency qed tħabbar avveniment ieħor: Bil-Malti Pur; serata ta’ satira bil-Malti flimkien ma’ Ċikku l-Poplu. Din se ssir forma ta’ lejla mużiko-letterarja. Intqal li din id-darba, mad-diski oriġinali ser ikun offrut b’mod esklussiv għall-pubbliku siltiet letterarji mill-Arkivju Sigriet Nazzjonali, fosthom l-ittri ta’ Pjali Paxa lis-Sultan Sulejman waqt l-Assedju l-Kbir, u l-ittri ta’ San Pawl…

Jiżdiedu L-Multi Għal Min Jarmi Skart FIl-Kampanja U L-Widien

Dalgħodu tħabbret żieda fil-multi għal min jarmi skart fil-kampanja u widien. Aħbar tajba għal min għandu għal qalbu l-ambjent, u għandha tkun aħbar tajba għalina lkoll għaliex wara kollox, il-ħmieġ, ħmieġ iġib. F’post fuq il-paġna tal-Facebook tagħha, il-Ministru tat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli li hija wkoll responsabbli mill-maġġoranza tal-widien, sostniet li f’5 snin, inġabru mal-43,007 tunnellata…