Il-Ġmiel tal-Kolleġġjata tan-Naxxar Żvelat f’Pubblikazzjoni Ġdida

Nhar il-Ġimgħa li għadda, fil-Kolleġġjata ta’ Marija Bambina tan-Naxxar, ġie mniedi uffiċjalment il-ktieb “Il-Kolleġġjata ta’ Marija Bambina tan-Naxxar – Fi Żmien il-Festa”, pubblikazzjoni miktuba mill-Eċċellenza Tiegħu Ambaxxatur ta’ Malta għan-Namibja u President tar-Reġjun Tramuntana, Clifford Galea, li wkoll iffinanzja l-pubblikazzjoni minn fondi personali bħala ġest ta’ mħabba lejn il-parroċċa u l-komunità Naxxarija. Dan il-ktieb, li…

Il-President ta’ Malta żżur is-Seminarju Minuri tal-Arċisqof bħala parti mill-kampanja BOV L-Istrina Piggy Bank

L-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, żaret is-Seminarju Minuri tal-Arċisqof bħala parti mill-kampanja BOV L-Istrina Piggy Bank. Matul iż-żjara tagħha, il-President kienet akkumpanjata mill-Arċisqof ta’ Malta, Monsinjur Charles J. Scicluna, kif ukoll mill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, Clifton Grima. Fl-indirizz tagħha lill-istudenti, il-President ħeġġithom biex huma wkoll jagħmlu parti minn L-Istrina…