Residenza ġdida ta’ Caritas fin-Naxxar biex tappoġġja l-aħħar fażi tar-riabilitazzjoni mid-droga

Qed jitkompla jissaħħaħ l-appoġġ għal persuni li jkunu temmew programm ta’ riabilitazzjoni mid-droga, hekk kif il-Fondazzjoni Caritas tinsab viċin li tiftaħ residenza ġdida ta’ “after care”. Din ir-residenza, li tinsab fin-Naxxar, hija maħsuba bħala pass importanti bejn ir-riabilitazzjoni u l-ħajja indipendenti. Din il-fażi hija meqjusa fost l-aktar delikati, peress li r-riskju li persuna terġa’ taqa’…

L-ewwel elf kopja tal-Ktieb ‘Inħobbkom’ inbiegħu kollha

Il-ktieb INĦOBBKOM, li jfakkar u jiċċelebra l-ħajja u l-ħidma ta’ Monsinjur Victor Grech, reġa’ ġie stampat wara li l-ewwel 1,000 kopja tiegħu nbigħu kollha fi żmien xahar biss. Minħabba d-domanda qawwija mill-pubbliku, kien hemm il-ħtieġa li jsir stampar ieħor f’ammont akbar, li sar possibbli grazzi għas-sapport ta’ sponsor. PG Group, li jinkludi fi ħdanu lil…

Bosta Fondazzjonijiet Maltin Juru S-Solidarjetà Fil-Mument Tal-Prova: Marigold Bi Proġett Għal Żewġ Skopijiet

Bosta drabi nisimgħu b’fondazzjonijiet lokali li jagħmlu avvenimenti jew proġetti li jħallu effett pozittiv lis-soċjetà Maltija. Bħalissa l-Fondazzjoni Marigold għaddejja bi proġett fejn qed jinħadmu maskri tad-drapp biex dak li jkun iżomm ruħu sigur waqt il-pandemija li qed tolqotna tal-Covid-19. Iżda apparti dan l-iskop, hemm skop ieħor; li jinġabru fondi biex l-istess fondazzjoni tkun tista’…