Pjazza Ġdida u Aktar Moderna għall-Komunità ta’ Ħal Tarxien

Ġiet inawgurata uffiċjalment il-pjazza prinċipali ta’ Ħal Tarxien wara proġett estensiv ta’ tisbiħ u modernizzazzjoni li ta ħajja ġdida lill-qalba tal-lokalità. Dan il-proġett, imwettaq mill-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi, kellu l-għan li joħloq spazju aktar sabiħ, sigur u aċċessibbli għar-residenti u għal dawk kollha li jżuru r-raħal. Ix-xogħol kien jinkludi pavimentar ġdid madwar il-pjazza,…

Marsaskala Tkompli Tissebbaħ bl-Inawgurazzjoni tal-Ġnien tal-Fajtata

Inawgurat il-Ġnien tal-Fajtata f’Marsaskala wara xogħlijiet estensivi ta’ tisbiħ u riġenerazzjoni li taw ħajja ġdida lil din iż-żona popolari mal-familji u r-residenti. Dan il-proġett jifforma parti minn sensiela ta’ investimenti infrastrutturali li għaddejjin bħalissa f’Marsaskala sabiex il-lokalità tkun aktar moderna, aċċessibbli u attraenti għal kulħadd. Ix-xogħol fil-ġnien jinsab qrib il-Bajja ta’ San Tumas, fejn ukoll…

Servizz ġdid ta’ fast ferry jgħaqqad lil Tas-Sliema, Buġibba u Għawdex b’trasport marittimu bla ħlas

Il-Prim Ministru Robert Abela inawgura uffiċjalment servizz ġdid ta’ fast ferry li se jgħaqqad lil Tas-Sliema ma’ Buġibba u lil Buġibba ma’ Għawdex, f’inizjattiva li tkompli ssaħħaħ il-konnettività bejn il-gżejjer u madwar Malta. Akkumpanjat mill-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri u l-Ministru Chris Bonett, il-Prim Ministru spjega kif dan is-servizz bejn Tas-Sliema u Buġibba se jkun…

Titjib fit-toroq madwar Malta b’elf intervent f’sentejn

Tlesta programm estensiv ta’ xogħlijiet fuq it-toroq madwar Malta matul l-aħħar sentejn, b’madwar elf intervent imwettqa minn Infrastructure Malta. Dan sar bħala parti minn sforz kontinwu biex tissaħħaħ l-infrastruttura tal-pajjiż u titjieb il-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini. Ix-xogħlijiet kienu jvarjaw minn proġetti kbar fejn toroq inbnew mill-ġdid kompletament, sa xogħlijiet ta’ manutenzjoni u resurfacing. Fl-istess ħin, saru…