Imnedija Strateġija Nazzjonali Għall-Għadis

F’konformità mal-Istrateġija Nazzjonali għat-Turiżmu, tnediet strateġija għall-għadis, bl-għan li jiġu mfassla numru ta’ azzjonijiet li jwasslu biex l-industrija msemmija tkun waħda li tippremja l-kwalità u sostenibbiltà. L-istrateġija tindirizza l-isfidi tal-ġurnata kkawżati mill-pandemija, it-tisħiħ tal-prodott Malti, u l-isfruttar tal-vantaġġ kompetittiv li għandhom il-gżejjer Maltin f’din in-niċċa turistika. Dan il-pjan ta’ azzjoni jiffoka wkoll fuq l-għadis rikreattiv,…

Bil-Filmat: L-Akbar Arma Bħalissa Hija L-Kuraġġ!

  F’dawn il-mumenti l-akbar arma għandha tkun dik tal-kuraġġ. Huwa minnu li ma jfissirx li għadda kollox imma anqas nistgħu nibqgħu mbeżżgħin. Irridu nagħmlu kuraġġ flimkien. Dan kien l-iskop wara l-mixgħela tal-faċċata tal-Bażilika Kolleġġjata ta’ Santa Liena f’Birkirkara fuq inizjattiva tas-Segretarju Parlamentari Clayton Bartolo b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara. Il-ħsieb imur fuq il-front liners dedikati…

Messaġġ Ta’ Tama Lill-Ommijiet Speċjalment Dawk Li Uliedhom Qed Jaħdmu Kontra L-Kurrent

Flimkien mal-Kumpanija Powerhouse, is-Segretarju Parlamentari Clayton Bartolo lbieraħ ħarġu b’inizjattiva li jinxtegħel il-Palazz ta’ Selmun fil-Mellieħa bil-kuluri tal-Qawsalla; kuluri li qed jintużaw matul il-pandemija tal-Covid-19. Il-messaġġ mixtieq li jitwassal kien dak ta’ tama lill-poplu kollu, speċjalment lill-ommijiet kollha li qegħdin jissagrifikaw il-ħin ma’ uliedhom sabiex ikunu jistgħu jkomplu l-ħidma tagħhom b’risq il-poplu Malti u Għawdxi.…

€200,000 F’Assistenza Lill-Każini Tal-Baned Waqt Covid-19

Illum tħabbar li anke l-każini tal-baned li huma ferm importanti fl-istrata tal-kultura Maltija, ser ikunu qed jiġu mgħejjuna permezz tas-somma ta’ ftit iżjed minn €200,000 waqt il-Covid-19. Dawn ser jingħataw mill-fond tal-Good Causes Fund wara li s-sitwazzjoni preżenti ġiet diskussa bejn is-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji u Ekonomija Diġitali Clayton Bartolo flimkien mal-Ministri Edward Scicluna u Josè…