Jiftħu l-applikazzjonijiet għal SkolaSajf 2026 bit-tema “Reach for the Stars”

Illum, 23 ta’ Marzu, fetħu uffiċjalment l-applikazzjonijiet għal SkolaSajf 2026, li se jsir bejn it-13 ta’ Lulju u l-11 ta’ Settembru, b’waqfa fil-ġimgħa ta’ Santa Marija, bejn l-10 u l-14 ta’ Awwissu. L-applikazzjonijiet jibqgħu miftuħa sal-4 ta’ Mejju. It-tema magħżula għal din is-sena hija “Reach for the Stars”, li twassal messaġġ ċar lit-tfal biex jaspiraw…

L-edukaturi fil-qalba: konsultazzjoni dwar strateġija ġdida ta’ benesseri

Tnieda dokument għall-konsultazzjoni pubblika li se jwassal għall-Istrateġija dwar il-Benesseri tal-Edukatur. Il-Ministru għall-Edukazzjoni Clifton Grima qal li dan hu pass importanti biex l-edukaturi jibqgħu fil-qalba tas-sistema edukattiva u biex jibbenefikaw kemm huma kif ukoll l-istudenti. Id-dokument inħadem bl-involviment dirett tal-edukaturi stess, permezz ta’ focus groups ma’ kapijiet ta’ skejjel, deputati kapijiet u kumitat interministerjali. B’kollox…

“Wasal iż-żmien li niktbu d-destin ta’ pajjiżna u ngħixuh fl-aqwa tiegħu” – Il-Prim Ministru Robert Abela

Il-Prim Ministru Robert Abela nieda uffiċjalment il-Viżjoni Malta 2050 waqt attività f’Pjazza Tritoni, u sejħilha wegħda kollettiva ta’ poplu sħiħ li jrid jilħaq l-aqwa potenzjal tiegħu. Din il-viżjoni fit-tul, li ġiet iffurmata wara konsultazzjoni wiesgħa u studji kemm lokali kif ukoll internazzjonali, tħares lejn l-24 sena li ġejjin u timmira li tibdel l-isfidi tal-futur f’opportunitajiet…

Il-President ta’ Malta żżur is-Seminarju Minuri tal-Arċisqof bħala parti mill-kampanja BOV L-Istrina Piggy Bank

L-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, żaret is-Seminarju Minuri tal-Arċisqof bħala parti mill-kampanja BOV L-Istrina Piggy Bank. Matul iż-żjara tagħha, il-President kienet akkumpanjata mill-Arċisqof ta’ Malta, Monsinjur Charles J. Scicluna, kif ukoll mill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, Clifton Grima. Fl-indirizz tagħha lill-istudenti, il-President ħeġġithom biex huma wkoll jagħmlu parti minn L-Istrina…