Ħal Qormi jilqa’ lura l-istatwa titulari ta’ San Sebastjan wara restawr estensiv

Hekk kif toqrob il-festa titulari ta’ San Sebastjan Martri, il-komunità ta’ Ħal Qormi qed tgħix b’entużjażmu kbir il-mument tant mistenni tar-ritorn tal-istatwa titulari fil-Knisja Arċipretali wara intervent estensiv ta’ restawr u konservazzjoni. Wara l-festa liturġika li saret f’Jannar li għadda, l-istatwa u l-pedestall tagħha ttieħdu għand l-induratur Horace Farrugia biex isirilhom xogħol metikoluż ta’ restawr.…

Minn Għada l-Bastjaniżi Ħa Jiċċelebraw Bil-Kbir…

Ċelebrazzjonijiet b’differenza fi tmiem il-ġimgħa mill-Bastjaniżi B’xorti tajba għalihom din is-sena l-Bastjaniżi ser ikunu ċċelebraw kemm il-Festa Liturġika li ssir fl-20 ta’ Jannar, kif ukoll il-Festa Titulari li tiġi ċċelebrata kull tielet Ħadd ta’ Lulju. Għalkemm ridotta u b’ħafna restrizzjonijiet minħabba l-Covid-19, il-Qriema Bastjaniżi ħejjew programm differenti minn dak tas-soltu bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-Festa. Il-qofol…

Filmat Li Jqabdek Il-Bard… Il-Qriema Jitolbu Lil San Bastjan

Bħalma għamlu fil-passat… Hekk qed jerġgħu llum!   Qas hemm għalfejn inżidu kliem ma’ dan il-filmat sabiħ li juri dik li dejjem nisħqu: L-istorja tirrepeti ruħha! Araw xi ġmiel ta’ kliem minn Karl Camilleri bl-isem ta’ B’Tama lejn ġejjieni sabih. B’dedika lil dawk kollha li qed iħarsu s-saħħa tal-poplu Malti u Għawdxi!   .  …

Fejn Saru L-ewwel Purċissjonijiet Tal-Ġimgħa L-Kbira f’Pajjiżna?!

Għeruq sew fl-istorja tagħna!   Forsi naraw il-vari tal-Ġimgħa Mqaddsa u nistaqsu: Imma kif bdiet din it-tradizzjoni u meta? L-ewwel purċissjonijiet bil-vari tal-Ġimgħa l-Kbira f’Malta bdew fis-seklu 17. Kienu bdew fiż-żewġ knejjes tal-Franġiskani Minuri tar-Rabat u tal-Belt Valletta. Wara, bdew isiru fil-Kottonera. L-aktar purċissjoni antika f’Għawdex hija dik tal-Bażilika ta’ San Ġorġ li bdiet fil-bidu…