Dr Lydia Abela tenfasizza l-importanza tal-isport inklużiv waqt attività fl-iskola
Attività sportiva fl-Iskola Helen Keller ġabet flimkien madwar 80 student, inklużi studenti b’diżabilità fiżika, f’inizjattiva li poġġiet l-inklużjoni u r-rispett reċiproku fil-qalba tagħha. Matul l-attività, organizzata b’kollaborazzjoni bejn l-Iskola Helen Keller, l-Iskola Primarja San Benedittu Qrendi u l-Kulleġġ San Benedittu flimkien ma’ Special Olympics Malta, ġiet offruta esperjenza sportiva komuni li ħeġġet il-parteċipazzjoni ta’ kulħadd.…




