Bħal-Lum Papa Piju VII Ħatar Lil Fabrizio Sceberras Testaferrata Bħala Kardinal

Kien bħal-lum 6 t’April tal-1818, meta Papa Piju VII ħatar lil Fabrizio Sceberras Testaferrata bħala Kardinal. Huwa kien diġa’ serva fis-Santa Sede u fis-servizz diplomatiku tal-Vatikan. Kien anke ilu nnominat segretament ‘in pectore’, mit-8 ta’ Marzu tal-1816. L-investitura tal-Kardinal Sceberras saret fid-9 t’April 1818. Fost dawk li attendew għaċ-ċerimonja kien hemm ħu l-Kardinal, Michele, il-Prinċep…

It-3 Kardinal F’Pajjiżna… L-Ewwel Wieħed Minn Għawdex… Awguri Mons. Mario Grech

L-Eċċellenza Tiegħu Monsinjur Mario Grech se jsir l-ewwel kardinal mill-gżira Għawdxija u t-tielet wieħed f’pajjiżna wara Prospero Grech u Fabrizio Sciberras Testaferrata lura sew fl-istorja ta’ pajjiżna. Fil-fatt, testaferrata għex bejn l-1757 u l-1843. Imbagħad, mhux daqshekk il-bogħod fi żmienna, kellna lil Prospero Grech, Agostinjan li miet is-sena li għaddiet propju fit-20 ta’ Diċembru tal-2019.…

Bil-Filmat: Tebut Sempliċi Għall-Granmastru…Isir Il-Funeral

Nhar it-Tlieta 5 ta’ Mejju 2020 sar il-funeral tat-80 Granmastru tal-Ordni Fra’ Giacomo Dalla Torre del Tempio di Sanguinetto li miet fid-29 t’April kawża ta’ marda inkurabbli. Fejn is-soltu dawn ikollhom ċertu pompa; speċjalment fil-passat fejn l-Ordni kienet tuża l-okkażjoni biex turi s-saħħa tagħha, din id-darba l-funeral kien limitat ħafna minħabba s-sitwazzjoni tal-Covid-19. Preżenti kien hemm…