Dr Lydia Abela tenfasizza l-importanza tal-isport inklużiv waqt attività fl-iskola

Attività sportiva fl-Iskola Helen Keller ġabet flimkien madwar 80 student, inklużi studenti b’diżabilità fiżika, f’inizjattiva li poġġiet l-inklużjoni u r-rispett reċiproku fil-qalba tagħha. Matul l-attività, organizzata b’kollaborazzjoni bejn l-Iskola Helen Keller, l-Iskola Primarja San Benedittu Qrendi u l-Kulleġġ San Benedittu flimkien ma’ Special Olympics Malta, ġiet offruta esperjenza sportiva komuni li ħeġġet il-parteċipazzjoni ta’ kulħadd.…

It-tieni edizzjoni ta’ ‘Ikla bi Mħabba’ twassal messaġġ ta’ rispett u solidarjetà

Madwar 140 anzjan u anzjana nġabru flimkien ġewwa San Vinċenz de Paul għat-tieni edizzjoni tal-inizjattiva ‘Ikla bi Mħabba’, attività li tkompli toħloq mumenti ta’ ferħ u għaqda kemm għar-residenti ta’ din l-istituzzjoni kif ukoll għal anzjani minn residenzi oħra. Din l-inizjattiva, imnedija minn Lydia Abela, mart il-Prim Ministru, reġgħet ġiet organizzata fl-okkażjoni ta’ Jum San…

Jinġabru Numru Rekord ta’ Rigali għat-tfal

Tintem b’suċċess is-sitt edizzjoni tal-inizjattiva Rigal Bi Mħabba, li din is-sena rnexxielha tiġbor numru rekord ta’ rigali għat-tfal vulnerabbli. Fil-bitħa tal-Berġa ta’ Kastilja, quddiem il-mijiet ta’ rigali miġbura bis-saħħa tal-ġenerożità tal-poplu Malti u Għawdxi, Dr Lydia Abela flimkien ma’ bintha Giorgia Mae rringrazzjaw lil kull min ta s-sehem tiegħu biex kull tifel u tifla jkollhom…

“Hope to see you in Malta” – Dr Lydia Abela lill-Papa Ljun XIV li weġibha fil-pożittiv

Il-Prim Ministru Robert Abela flimkien ma’ martu Dr Lydia Abela u t-tifla Giorgia Mae kellhom laqgħa speċjali mal-Papa Ljun XIV fil-Vatikan, li matulha ġiet diskussa b’mod partikolari l-ħtieġa tal-paċi fid-dinja. Ġew imfakkra wkoll iż-żjarat ta’ tiegħu f’pajjiżna fl-imgħoddi, u esprimew ix-xewqa tagħna li jerġa’ jiġi fostna biex jiltaqa’ mal-poplu Malti u Għawdxi, din id-darba fil-kariga…