Meta Pproponew Li Parti Mill-Kon-Katidtral Ta’ San Ġwann Isir Uffiċċju Tal-Posta…

Fl-1841, fil-gazzetta Malta Times, dehret ittra dwar proposta li parti mill-bini fuq wara tal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann kienet se ssir posta. Il-kittieb qal li kien ikun aktar xieraq kieku jittieħed il-bini ta’ taħt il-Biblijoteka Nazzjonali. L-ewwelnett għax hemm kuridur li jservi ta’ kenn mix-xita fix-xitwa u t-tieni, għax kien hemm żewġ bibien man-naħa tal-bieb prinċipali.…

Kontu Tafu Li L-Ewwel Bolla Bil-Kolla Fid-Dinja Kellha Fuqha Timbru Tas-Salib Ta’ Malta?

Iva hekk hu, l-ewwel bolla li kellha l-kolla fuq wara ħarġet fl-Ingilterra fl-1840 u kienet magħrufa bħala l-‘Penny Black‘. Ovvjament bolla meta tinuża tkun ittimbrata u l-ewwel timbru li ntuża fuq il-bolli (ġieli jissejħu wkoll bolol) fl-Ingilterra, kien is-Salib ta’ Malta bil-linka ħamra. Is-Salib ma kienx sar ippuntat kif nafuh imma ngħata forma aktar fit-tond.…