Jitħabbru r-rebbieħa tal-Premju għall-Arti 2025
Is-seba’ edizzjoni tal-Premju għall-Arti – li qed issir fl-għaxar anniversarju tal-Kunsill Malti għall-Arti – laħqet rekord ġdid ta’ 600 nomina. Il-Kunsill Malti għall-Arti (KMA), taħt il-patroċinju tal-Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali, ħabbar ir-rebbieħa tal-Premju għall-Arti 2025. Din l-edizzjoni timmarka wkoll mument importanti, hekk kif inġabru l-akbar numru ta’ nominazzjonijiet minn meta twaqqaf dan il-Premju.…

