Malta Tibqa’ Stabbli u Sigura: Il-Prim Ministru jassigura li l-Familji jibqgħu l-Prijorità Ewlenija quddiem l-Isfidi Internazzjonali
“Iffukati biex inżommu l-istabbiltà u nsaħħu Malta bħala pajjiż sigur, bil-prijorità ewlenija tibqa’ dik li ntejbu u nneħħu l-piżijiet minn fuq il-familji” – hekk sostna l-Prim Ministru Robert Abela waqt laqgħa li saret dwar l-aħħar żviluppi internazzjonali. F’din il-laqgħa, li saret fil-Berġa ta’ Kastilja, il-Prim Ministru spjega li l-Gvern se jkompli jaħdem biex jiżgura ċertezza…




