“Imwarrba” – Produzzjoni teatrali immersiva għal żmien il-Ġimgħa Mqaddsa
Il-grupp 4Teenth Productions għal darb’oħra qed jippreżenta produzzjoni oriġinali u innovattiva għall-Ġimgħa Mqaddsa. Dan il-grupp ilu għal dawn l-aħħar tnax-il sena joffri esperjenzi teatrali differenti, u fil-fatt l-ewwel produzzjoni tagħhom kienet “Passjoni f’Xelter” – spettaklu f’forma ta’ walkthrough f’xelter tat-Tieni Gwerra Dinjija f’Ħal Qormi. Din is-sena, il-grupp qed jiċċelebra l-għaxar edizzjoni b’produzzjoni ġdida bl-isem “Imwarrba”.…

