Għaraftuha Din Il-Kappella? Hi Tagħtu Ismu Lil Dan Ir-Raħal!

Hija l-kappella ta’ San Ġwann tal-Għargħar f’ San Ġwann. Kien hemm żmien li kienet tintuża għat-tagħlim tad-Duttrina Nisranija fis-snin 80 u anke 90. Il-kappella kellha wkoll it-titular li huwa l-qtugħ ir-ras ta’ San Ġwann, li llum jinsab fil-kunvent tal-Kappuċċini f’San Ġwann stess. Huwa kwadru b’ forma vertikali u l-awtur tiegħu mhux magħruf. X’aktarx li sar…

Jinfetaħ Sptar Għan-Nisa B’Fondi Minn Mara Taljana

Il-Kavallieri ma kellhomx sptar għan-nisa!   Il-Kavallieri nafu li primarjament qabel ma kienu suldati tal-battalji, kienu ospidalieri. Dan ifisser li kienu jagħtu servizz medikali b’attenzjoni speċjali fuq kwarantini, ferimenti u dak kollu li kien jinqala’. Fl-1654, it-tabib Malti Nicolò Saura waqqaf l-isptar San Nikola. Dan it-tabib kien ħalla ġidu kollu għall-isptar kif għamlet bħalu bintu,…

Fejn Saru L-ewwel Purċissjonijiet Tal-Ġimgħa L-Kbira f’Pajjiżna?!

Għeruq sew fl-istorja tagħna!   Forsi naraw il-vari tal-Ġimgħa Mqaddsa u nistaqsu: Imma kif bdiet din it-tradizzjoni u meta? L-ewwel purċissjonijiet bil-vari tal-Ġimgħa l-Kbira f’Malta bdew fis-seklu 17. Kienu bdew fiż-żewġ knejjes tal-Franġiskani Minuri tar-Rabat u tal-Belt Valletta. Wara, bdew isiru fil-Kottonera. L-aktar purċissjoni antika f’Għawdex hija dik tal-Bażilika ta’ San Ġorġ li bdiet fil-bidu…