Kienet Mietet Tfajla … Majmuna

Kien bħal-lum 21 ta’ Marzu tal-1174, meta mietet f’Għawdex it-tfajla Għarbija Majmuna, bint Ħassan is-Susi, iben Ali il-Hadli minn Gabes ta’ Sousa. Dan jidher minn ġebla tal-qabar li kienet instabet madwar 300 sena ilu bejn ix-Xewkija u s-Sannat f’Għawdex. Din il-ġebla tinsab fil-Mużew ta’ Għawdex. Interessanti l-fatt, li din il-ġebla xehedet informazzjoni mill-iżjed importanti fuq…

Meta Malta Ma Kellhiex Kważi Idea Ta’ Xi Tfisser Arkeoloġija

Mhux dejjem kellna kollox skjerat fil-mużew bħal-lum!   Xi tfisser ‘Arkeoloġija’? Din il-kelma tirreferi għall-istudju tal-istorja umana u pre-istorika permezz ta’ skavar ta’ siti u analiżi fuq artifatti u fdalijiet oħra. Illum min jaf kemm smajna, qrajna u rajna produzzjonijiet dwar l-arkeoloġija Maltija. Imma mhux dejjem hekk kien għal pajjiżna. L-interess fl-antikitajiet sew ta’ Malta…