Jiftħu l-applikazzjonijiet għal SkolaSajf 2026 bit-tema “Reach for the Stars”

Illum, 23 ta’ Marzu, fetħu uffiċjalment l-applikazzjonijiet għal SkolaSajf 2026, li se jsir bejn it-13 ta’ Lulju u l-11 ta’ Settembru, b’waqfa fil-ġimgħa ta’ Santa Marija, bejn l-10 u l-14 ta’ Awwissu. L-applikazzjonijiet jibqgħu miftuħa sal-4 ta’ Mejju. It-tema magħżula għal din is-sena hija “Reach for the Stars”, li twassal messaġġ ċar lit-tfal biex jaspiraw…

L-edukaturi fil-qalba: konsultazzjoni dwar strateġija ġdida ta’ benesseri

Tnieda dokument għall-konsultazzjoni pubblika li se jwassal għall-Istrateġija dwar il-Benesseri tal-Edukatur. Il-Ministru għall-Edukazzjoni Clifton Grima qal li dan hu pass importanti biex l-edukaturi jibqgħu fil-qalba tas-sistema edukattiva u biex jibbenefikaw kemm huma kif ukoll l-istudenti. Id-dokument inħadem bl-involviment dirett tal-edukaturi stess, permezz ta’ focus groups ma’ kapijiet ta’ skejjel, deputati kapijiet u kumitat interministerjali. B’kollox…

Titnieda d-9 edizzjoni tal-Qaritona Nazzjonali biex tkompli tissaħħaħ l-imħabba għall-qari fost it-tfal

Tnediet uffiċjalment id-9 edizzjoni tal-Qaritona Nazzjonali, inizjattiva li tkompli tqiegħed il-qari fiċ-ċentru tal-edukazzjoni u tħeġġeġ lit-tfal jiżviluppaw l-imħabba għall-kotba u l-istejjer. It-tnedija saret mill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima flimkien mal-President Emeritu u ċ-Chairperson tal-Malta Trust Foundation Marie-Louise Coleiro Preca. Il-Ministru Clifton Grima spjega li din l-inizjattiva hija parti mill-isforzi biex aktar…

Il-Malta Philharmonic Orchestra bi proġett edukattiv interattiv fl-iskejjel primarji

Għat-tieni sena konsekuttiva, il-Malta Philharmonic Orchestra qed tkompli twassal l-esperjenza u t-tagħlim tal-mużika lit-tfal fl-iskejjel primarji permezz ta’ proġetti edukattivi mmirati apposta għalihom. Il-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali Owen Bonnici, flimkien mal-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima, żaru l-proġett Sounds Like Me, inizjattiva edukattiva u interattiva li se tkun qed iddur…

Il-President ta’ Malta żżur is-Seminarju Minuri tal-Arċisqof bħala parti mill-kampanja BOV L-Istrina Piggy Bank

L-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, żaret is-Seminarju Minuri tal-Arċisqof bħala parti mill-kampanja BOV L-Istrina Piggy Bank. Matul iż-żjara tagħha, il-President kienet akkumpanjata mill-Arċisqof ta’ Malta, Monsinjur Charles J. Scicluna, kif ukoll mill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, Clifton Grima. Fl-indirizz tagħha lill-istudenti, il-President ħeġġithom biex huma wkoll jagħmlu parti minn L-Istrina…