L-għadd ta’ għaqdiet tal-festi li se jibbenefikaw minn fondi pubbliċi din is-sena tela’ għal 120, b’investiment totali li jaqbeż il-€1.1 miljun. Dan wara li 37 organizzazzjoni volontarja oħra ngħataw fondi ġodda mill-Kunsill Malti għall-Arti, b’valur ta’ €344,000, u b’hekk ingħaqdu mat-83 għaqda li diġà gawdew minn €800,000 aktar kmieni din is-sena. Il-finanzjament qed jingħata permezz…
Imnedija s-sejħa għall-applikazzjonijiet tal-fond Rock’N Malta 2026, b’allokazzjoni totali ta’ miljun ewro.
Il-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali, Owen Bonnici, spjega li dan il-fond għandu l-għan li joffri appoġġ lill-organizzaturi, promoturi, u artisti jew bands involuti fix-xena tal-mużika rock f’Malta. Il-fond qed jiġi amministrat minn Festivals Malta. Il-Ministru Bonnici qal li din l-inizjattiva tkompli tissaħħaħ il-mużika rock fil-pajjiż u toħloq aktar opportunitajiet għal artisti lokali biex juru…
Qed Insebbħu L-Pjazez… Imma T-Traffiku X’qed Joħloq?
Spiss qed naraw inizjattivi kemm lokali u anke mil-Gvern ċentrali biex jissebbħu l-pjazez Maltin u Għawdxin fejn isiru proġetti mill-isbaħ ta’ tisbieħ permezz ta’ għajnuna minn fondi; mill-Gvern, mill-Unjoni Ewropea u mill-Kunsilli Lokali. Ġieli permezz ta’ proġett wieħed, eżempju restawr ta’ faċċata ta’ knisja, joħloq mewġa pożittiva fejn imbagħad, anke ċ-ċittadini minn jheddhom jibdew jirranġaw…


