L-isem tiegħek fuq bieb li jġib tama lill-familji – Puttinu Cares

Meta pazjent ikollu bżonn kura ’l bogħod minn Malta, il-familja tiegħu trid ħaġa waħda biss; li tibqa’ qrib tiegħu. Għal ħafna familji Maltin li jkunu f’isptarijiet f’Londra, l-appartamenti ta’ Puttinu jagħmlu dan possibbli: post fejn jistgħu jistrieħu, jiġbru ftit saħħa u jerġgħu jkunu qrib tal-għażiż tagħhom. Illum ħafna nies qed jagħżlu li jkunu parti minn…

Tinġabar is-somma fenomenali ta’ €5,760,295 fl-Istrina

Ġmiel ta’ somma nġabret mill-poplu Malti u Għawdxi fl-Istrina; festa ta’ ġenerożità bl-islogan popolari jibqa’ dejjem L-Istrina, l-għada tal-Milied 🎄Flimkien b’solidarjetà. Ma hemmx iżjed kummenti xi żżid ħlief li min jixtieq ikompli jċempel, jista’ jagħmel dan fuq dawn in-numri t’hawn taħt: 51902030 – €50 51802012 – €25 21262626 – PLEDGES 50619201 – €11.65 79359565 –…

Inkomplu ninvestu fil-festa Maltija: Skema ġdida ta’ għajnuna fuq self bankarju għall-każini tal-banda

Il-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali, Owen Bonnici, flimkien mal-Kunsill Malti għall-Arti, nieda skema ġdida li tnaqqas l-ispiża tas-self bankarju għas-soċjetajiet mużikali Maltin u Għawdxin. Bl-allokazzjoni ta’ €280,000, din l-iskema għandha l-għan li tgħin lill-każini jagħmlu r-rinnovazzjonijiet u l-proġetti meħtieġa biex isaħħu l-faċilitajiet tagħhom u r-rwol tagħhom fil-komunità. Permezz tal-iskema, każin li jieħu self mingħand…

Illejla Fin-Naxxar Jinħatru L-Kanonċi… Storja, Fidi U Għajnuna Lill-Poplu!

It-territorju tan-Naxxar fil-passat kien wieħed vast li jkopri t-Tramuntana kollha ta’ Malta. Parti mit-territorju Naxxari żviluppaw f’parroċċi: Mosta, Ħal Għargħur, Mellieħa, San Pawl il-Baħar u anke Burmarrad u l-Qawra. B’hekk il-parroċċa ta-Naxxar tissejjaħ ukoll ‘Arċimatriċi’, jiġifieri omm dawn il-parroċċi u knejjes. Illum, il-Ħamis 27 t’Awwissu 2020 fin-Naxxar qed jiċċelebra t-Twaqqif tal-Kolleġġjata ta’ Marija Bambina u…