Bil-Filmat: Smewwiet L-Imqabba Lbieraħ Inxtegħlu Bil-Ġmiel Tal-Piroteknika Maltija U Internazzjonali

Ilbieraħ ittella’ t-tielet avveniment tal-Festival Internazzjonali tal-Logħob tan-Nar fl-Imqabba fejn apparti l-wirjiet tradizzjoni mill-bravissimi u tant kapaċi Maltin, kien hemm ukoll żewġ spettakli oħra ta piroteknika sikronizata mal-mużika mill-Ukraina u mill-Italja. Saru wkoll sett ta’ 3 spettakli ta’ piroteknika sikronizata mal-mużika fix- Xagħra, Għawdex u 2 spettakli oħra ta’ piroteknika sikronizata mal-mużika, nhar it-Tnejn li…

Bil-Filmat: Għandkom Iċ-Ċans Tesperjenzaw Xeni Storiċi B’Mod Virtwali F’Dar Il-Mediterran

Issa tistgħu tgawdu minn mużew virtwali f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi. Post li jmur lura għas-seklu 16. Intuża bħala Sptar tal-Mediterran u kien magħruf bħala s-Sacra Infermeria. Fuq ordni tal-Granmastru Jean de la Cassiere, din il-binja hija ġawhra u li llum tintuża għal bosta funzjonijiet diversi fosthom konferenzi u laqgħat internazzjonali; insemmu l-Valletta Summit, ic-CHOGM u bost…

Jiftaħ Mill-Ġdid L-Ajruport Internazzjonali Ta’ Malta Wara 3 Xhur…

Illum huwa jum li tista’ ssejjaħlu storiku għal pajjiżna fejn reġa’ fetaħ l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta biex jilqa’ l-ewwel turisti li se jżuruna. Dan wara 3 xhur magħluq minħabba l-pandemija tal-Covid-19 li laqtet id-dinja kollha. Żgur li kien żmien diffiċli u li mhux se ninsewh qatt. Pajjiżna ħadem b’għaqal kbir biex inaqqas it-tixrid tal-Covid-19 fostna…

Jiżdiedu L-Multi Għal Min Jarmi Skart FIl-Kampanja U L-Widien

Dalgħodu tħabbret żieda fil-multi għal min jarmi skart fil-kampanja u widien. Aħbar tajba għal min għandu għal qalbu l-ambjent, u għandha tkun aħbar tajba għalina lkoll għaliex wara kollox, il-ħmieġ, ħmieġ iġib. F’post fuq il-paġna tal-Facebook tagħha, il-Ministru tat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli li hija wkoll responsabbli mill-maġġoranza tal-widien, sostniet li f’5 snin, inġabru mal-43,007 tunnellata…