Titnieda skema ġdida ta’ kważi €1 miljun biex issaħħaħ ir-rabtiet bejn il-ġenerazzjonijiet

Il-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat (MCVS) nieda skema ġdida bl-isem ta’ Intergenerational Voluntary Organisations Scheme (IVOS), b’investiment ta’ kważi €1 miljun biex tappoġġja proġetti komunitarji mmexxija minn għaqdiet volontarji li jsaħħu r-rabtiet bejn ġenerazzjonijiet differenti. Permezz ta’ din l-iskema, kull proġett eliġibbli jista’ jibbenefika minn sa €30,000 f’fondi biex jitwettqu inizjattivi li jippromwovu s-solidarjetà, il-parteċipazzjoni attiva…

Aktar opportunitajiet ta’ xogħol u indipendenza għal persuni b’diżabilità

Aktar persuni b’diżabilità qed jingħataw opportunitajiet konkreti biex jiżviluppaw ħiliet importanti kemm għax-xogħol kif ukoll għal ħajja aktar indipendenti, permezz tal-programmi offruti mit-taqsima SkillUp fi ħdan Aġenzija Sapport. F’ċerimonja speċjali tqassmu ċ-ċertifikati lil dawk li temmew b’suċċess il-programmi Way to Work u Skills4Life, inizjattiva li bdiet f’Ottubru 2025 biex tilħaq aktar persuni u tgħinhom jibnu…

Ħbiberija, inklużjoni u opportunitajiet: żgħażagħ bid-Down Syndrome jaqsmu l-esperjenzi tagħhom biex jiġġieldu s-solitudni

Bħala parti mill-attivitajiet marbuta mal-World Down Syndrome Day, il-Ministru għall-Inklużjoni u s-Settur Volontarju Julia Farrugia laqgħet grupp ta’ żgħażagħ mid-Down Syndrome Association Malta għal laqgħa informali fil-Jake Vella NGO Hub. Din l-inizjattiva, li ssir kull sena qrib il-21 ta’ Marzu, għandha l-għan li tqajjem aktar għarfien dwar id-Down Syndrome u tkompli tippromwovi soċjetà aktar inklussiva.…

10 snin mir-rikonoxximent tal-Lingwa tas-Sinjali Maltija

Din is-sena tagħlaq għaxar snin minn meta l-Parlament Malti approva b’mod unanimu r-rikonoxximent uffiċjali tal-Lingwa tas-Sinjali Maltija bħala lingwa nazzjonali. Dan il-pass importanti ma kienx biss bidla fil-liġi, iżda messaġġ ċar favur soċjetà aktar inklussiva, li tirrispetta d-diversità u tagħti valur lill-komunità ta’ persuni neqsin mis-smigħ f’Malta u Għawdex. Biex tiġi mfakkra din l-okkażjoni, il-Ministru…

Milied Mal-Għaqdiet: Il-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat jiftaħ il-bibien tiegħu għall-pubbliku

Palazzo Francesco f’Ħal Lija, li sservi bħala l-binja tal-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat, se jkun qed jospita wieħed mill-aktar avvenimenti festivi u uniċi ta’ dan l-istaġun, bejn id-19 u l-21 ta’ Diċembru 2025, hekk kif se jkun qed jittella’ suq tal-Milied bit-tema ta’ Milied Mal-Għaqdiet, b’kollaborazzjoni ma’ diversi għaqdiet volontarji. Dan l-avveniment ta’ tlett ijiem se…

Jitħabbru r-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali għall-Volontarjat 2025

Il-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarju organizza l-14-il edizzjoni tal-Premju Nazzjonali għall-Volontarjat, li kull sena jagħti rikonoxximent lil persuni u għaqdiet li jispikkaw fil-qasam volontarju u jikkontribwixxu għal soċjetà aħjar. Din is-sena ġew sottomessi 44 nominazzjoni, u waqt iċ-ċerimonja nħabbru u ġew ippreżentati sitt premjijiet: Premju Nazzjonali tal-Voluntier tas-Sena: Mario Darmanin – Malta Frame Football Premju Voluntier…