Jibda proġett ta’ restawr ta’ €3 miljun fil-Ġonna ta’ San Anton

Il-Ġonna ta’ San Anton bdew jgħaddu minn proġett estensiv ta’ konservazzjoni, manutenzjoni u restawr b’investiment ta’ aktar minn €3 miljun, bil-għan li jitħares wieħed mill-aktar ġonna storiċi u prestiġjużi f’Malta. Waqt żjara fuq il-post flimkien ma’ rappreżentanti tal-Kunsill Lokali ta’ Ħ’Attard u uffiċjali ta’ Project Green, il-Ministru għall-Ambjent Miriam Dalli spjegat li dan il-proġett juri…

Wied iż-Żurrieq għall-ewwel darba mqabbad man-network nazzjonali tad-drenaġġ

B’investiment ta’ madwar €3 miljun mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, tlestew ix-xogħlijiet ewlenin f’Wied iż-Żurrieq, il-Qrendi, sabiex iż-żona tkun imqabbda man-network nazzjonali tad-drenaġġ għall-ewwel darba fl-istorja tagħha. Sa issa, ir-residenti u n-negozji fiż-żona kienu jiddependu fuq fosos privati għas-servizzi tad-drenaġġ, sistema li matul is-snin ġabet magħha diversi sfidi ambjentali u ta’ saħħa pubblika. Permezz ta’ dan il-proġett,…

Madwar 12,000 persuna jagħtu sehemhom fil-viżjoni għat-tliet parks nazzjonali

Il-White Rocks qed jieħu ħajja ġdida hekk kif infetaħ b’mod aktar sigur u aċċessibbli għall-pubbliku wara l-ewwel fażi ta’ xogħlijiet immexxija minn Project Green. Dan tħabbar mill-Ministru għall-Ambjent u l-Enerġija Miriam Dalli waqt il-preżentazzjoni tar-riżultati tal-konsultazzjoni pubblika dwar it-tliet parks nazzjonali fil-White Rocks, Manoel Island u Fort Campbell. Il-konsultazzjoni Shape Your Space, li saret bejn…

Jibdew ix-xogħlijiet fuq ġnien ġdid fil-Mellieħa li se jservi madwar 3,000 resident

Bdew ix-xogħlijiet fuq ġnien ġdid fi Triq il-Għasel fil-Mellieħa, fuq medda ta’ art ta’ madwar 2,000 metru kwadru f’żona residenzjali, b’għan li jinħoloq spazju miftuħ ta’ kwalità għall-komunità. Matul żjara fuq il-post, il-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika Miriam Dalli flimkien mal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa ħabbru dan il-proġett, li mistenni jtejjeb il-kwalità tal-ħajja tar-residenti tal-inħawi. Bħalissa…

Laqgħa speċjali mal-anzjani dwar White Rocks

Numru ta’ anzjani ħadu sehem f’laqgħa ta’ konsultazzjoni pubblika dwar il-ħolqien ta’ parks nazzjonali f’pajjiżna, b’enfasi partikolari fuq iż-żona tal-White Rocks. Il-laqgħa, immexxija mill-Ministru għall-Ambjent Miriam Dalli flimkien mat-tim ta’ Project Green, tifforma parti minn sensiela ta’ laqgħat organizzati taħt it-tema ‘Shape your Space’. Dawn il-laqgħat qed isiru bħala parti mill-proċess ta’ konsultazzjoni dwar il-parks…

Imnedija l-webapp ParksInMalta

Inħarġet il-webapp ġdida ParksInMalta, għodda diġitali li tippermetti lill-pubbliku jsib u jiskopri fejn jinsabu l-ispazji miftuħa u ta’ rikreazzjoni madwar Malta u Għawdex. Din tinkludi aktar minn 200 ġnien, park u bandla, u tagħti wkoll informazzjoni dwar x’tip ta’ attivitajiet jew avvenimenti jkunu qed isiru f’dawn l-ispazji. Il-webapp, żviluppata minn Project Green, tagħti dettalji dwar…