Konferenza dwar il-Piroteknika Maltija: Bejn Tradizzjoni, Xjenza u Kreattività
Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, Keith Azzopardi Tanti, indirizza l-Konferenza Nazzjonali dwar il-Piroteknika bit-tema “Ċelebrazzjoni t’Arti u l-Kultura”, organizzata mill-Għaqda Piroteknika Maltija. Din il-konferenza ġabret flimkien rappreżentanti mill-qasam tal-piroteknika, uffiċjali tal-gvern, xjenzjati, studenti u membri tal-komunità, kollha bil-għan li jħarsu lejn il-piroteknika mhux biss bħala spettaklu, iżda bħala arti li tgħaqqad ix-xjenza, il-wirt u…


