Proprjetà Pubblika fil-Qrendi Mogħtija lis-Soċjetà Filarmonika Madonna ta’ Lourdes b’Ċens ta’ 50 Sena
Proprjetà pubblika fil-Qrendi ngħatat b’ċens temporanju lis-Soċjetà Filarmonika Madonna ta’ Lourdes biex tintuża għal skopijiet marbuta mal-organizzazzjoni u ż-żamma tal-festa annwali tal-lokalità. Is-sit, li jinsab fi Triq Nazzareno Mifsud kantuniera ma’ Triq Guzeppi D’Arena, u li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Awtorità tal-Artijiet, ġie trasferit b’titolu ta’ enfitewsi temporanja għal perjodu ta’ ħamsin sena. Dan l-ispazju se…


