Illejla Fin-Naxxar Jinħatru L-Kanonċi… Storja, Fidi U Għajnuna Lill-Poplu!

It-territorju tan-Naxxar fil-passat kien wieħed vast li jkopri t-Tramuntana kollha ta’ Malta. Parti mit-territorju Naxxari żviluppaw f’parroċċi: Mosta, Ħal Għargħur, Mellieħa, San Pawl il-Baħar u anke Burmarrad u l-Qawra. B’hekk il-parroċċa ta-Naxxar tissejjaħ ukoll ‘Arċimatriċi’, jiġifieri omm dawn il-parroċċi u knejjes. Illum, il-Ħamis 27 t’Awwissu 2020 fin-Naxxar qed jiċċelebra t-Twaqqif tal-Kolleġġjata ta’ Marija Bambina u…

Iż-Żgħażagħ Ġawhrin Ta’ San Pawl Il-Baħar Jiċċelebraw 15-Il Sena Mit-Twaqqif Anke Waqt Covid-19

Din is-sena żgur li d-dilettanti tal-festi se jħossuhom xi ftit jew wisq strambi; Bla festi minħabba l-pandemija tal-Covid-19. Imma jidher li l-għaqdiet diversi fil-lokalitajiet, sew jekk tal-baned, armar u oħrajn b’relazzjoni mal-festi tradizzjonali tagħna, qed jagħmlu ħilithom biex iżommu ruħhom attivi kif ukoll il-moral għoli ta’ bosta żgħażagħ li minn sena għall-oħra jistennew dan iż-żmien…