L-Għaxaq Music Festival 2026 b’edizzjoni akbar u aktar varjata minn qatt qabel

L-Għaxaq Music Festival 2026 tħabbar uffiċjalment waqt konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali Malcolm Paul Agius Galea u l-Ministru għat-Turiżmu Joe Etienne Abela. Din is-sena, il-festival se jkun parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-400 anniversarju mit-twaqqif tal-Parroċċa ta’ Ħal Għaxaq u se joffri programm li jgħaqqad sport, mużika internazzjonali u talent Malti. L-attivitajiet jibdew nhar…

Waslet Santa Marija – Id-Devozzjoni Marjana għadha qawwija f’pajjiżna

Id-devozzjoni Marjana f’Malta hija waħda mill-aktar espressjonijiet reliġjużi profondi u mifruxa fil-kultura Maltija. Hi devozzjoni lejn il-Verġni Marija – Omm Ġesù – li tistrieħ fuq tradizzjoni twila ta’ fidi, mirakli, pellegrinaġġi u festa popolari.   Qabel xejn din fiha importanza Storika u Reliġjuża. Id-devozzjoni lejn Marija f’Malta għandha għeruq antiki li jmorru lura sa żmien…

Bil-Filmat: Araw Il-Festa Ta’ Santa Marija Fil-Mosta Fl-Antik…

Xi ġmiel ta’ filmat tellgħu l-‘Malta Audio Visual Memories’ dwar il-festa ta’ Santa Marija fil-Mosta. Filmat irrestawrat u awtentiku tal-passat. Innutaw il-ħajja dak iż-żmien; l-istil tal-ħwejjeġ, il-karozzi, l-armar u fuq kollox, l-istatwa ta’ Santa Marija kellha libsa differenti.. Meta taħsbu li ttieħed dan il-filmat?     Filmat: Festa ta’ Santa Marija/ Malta Audio Visual Memories…

Bil-Mużika: Fjakkoli, Imsiebaħ Taż-Żejt, Daqq Folkloristiku U Ikel Malti… Viva L-Imnarja

Illum 29 ta’ Ġunju huwa Jum l-Imnarja; kelma Latina li ġejja minn illuminaria li tfisser mixegħla. Dan hekk kif fl-imgħoddi fil-lejl ta’ 28 għat-29 ta’ Ġunju kienu jinxtegħlu ammonti kbar ta’ fjakkoli, imsiebaħ taż-żejt u ħġejjeġ. Dan kollu kien iqajjem atmosfera mill-isbaħ. Ma ninsewx li dan kien ta’ gost kbir fiż-żmien li kienet bdiet din…