Bil-Filmat: Araw It-‘Trailer’ Tal-Film Dwar L-Assedju L-Kbir Tal-1565

Bl-isem ta’ God’s Soldiers, din hija l-ewwel produzzjoni li saret maħduma bi preċiżjoni dwar l-Assedju l-Kbir f’Malta. Il-produzzjoni kienet ippreżentata fl-Awstrija lejn l-aħħar tas-sena 2020 skont l-IMDB (sors uffiċjali onlajn dwar films kbar u ċinematografiċi). Din kienet issaportjata mill-Malta Film Commission u l-European MEDIA Creative Europe. L-istorja tal-Assedju l-Kbir hija fost l-iktar, jekk mhux l-aktar…

Tafu Kif Ġie L-Laqam Tal-Madonna Tas-Samra?

Il-Ħamrun huwa lokalità li żviluppa dawn l-aħħar 150 sena. L-eqdem parti tal-Ħamrun hija bla dubju ta’ xejn il-parti viċin tal-knisja ddedikata lill-Madonna tas-Samra. L-istorja ta’ kif bdiet id-devozzjoni lejn din il-Madonna teħodna fil-Birgu waqt l-Assedju l-Kbir. Jidher li negozjant li kien jismu Toni Spinaci u li kien joqgħod fil-Birgu, ġarrab qatgħa kbira meta waqt l-attaki…

Sparaw Irjus Tal-Ottomani Lejn In-Naħa L-Oħra Tal-Port

Hekk hi l-kelma li tgħid meta tirreferi għal din il-ġrajja storika. Malli l-Forti Sant’Iermu spiċċa ntilef fit-23 ta’ Ġunju tal-1565 u waqa’ f’idejn it-Torok, l-Ottomani qabdu u qatlu lil dawk li kien baqa’ ħajjin; sammruhom mat-tavli u fallakki tal-injam u bagħtuhom lejn in-naħa l-oħra tal-Port il-Kbir. Dan għamluh biex jiddimoralizzaw lill-Maltin u lill-Ordni. Imma l-Maltin…

X’Inkwiet Inqala’ F’Malta Fit-18 Ta’ Mejju Snin Ilu?!

Fit-18 ta’ Mejju tal-1565, it-Torok deheru fix-xefaq resqin lejn il-gżejjer tagħna. Il-ġurnata kienet il-Ġimgħa. Dan kien mistenni; ma kinitx sorpriża. Il-mistoqsija aktar kienet ‘meta kienu ġejjin’ milli ‘jekk hux ġejjin.’ Qabel kien hemm assedju ieħor; dak tal-1551. Kif intemm, kien donnu fl-affermattiv li l-Ottomani kienu ser jerġgħu jaħbtu għal pajjiżna. L-assedju tal-1565 baqa’ magħruf bħala…